Futbol Sport

Alex Satariano jissieħeb ma’ Frosinone Calcio fis-Serie B fl-Italja

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Alex Satariano ssieħeb lil Frosinone Calcio fis-Serie B fl-Italja. Satariano, li huwa plejer tat-tim nazzjonali Malti iffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2024.

Satariano, li hu prodott ta’ Luxol St.Andrews, qatta’ l-aħħar żewġ staġuni fil-Kampjonat Premier ma’ Sliema Wanderers fejn lagħab 34 partita u skorja tmien gowls, filwaqt li provda żewġ assists. Madanakollu, Satariano kellu prestazzjonijet tajbin ħafna mat-tim nazzjonali Malti, fejn minkejja l-eta’ li għandu lagħab disa’ darbiet mat-tim nazzjonali, fejn anke skorja fid-draw ta’ 2-2 fil-partita valida mill-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, kontra l-Islovakkja.

Frosinone kienu promossi għas-Serie A fl-istaġun 2014/15 u lagħbu żewġ staġuni fl-għola diviżjoni fl-Italja. L-istaġun li għadda, it-tim immexxi mill-eks difensur rinomat Alessandro Nesta, temm fl-għaxar post tal-klassifika fis-Serie B.