Raġel ta’ 64 sena sofra xi ġrieħi wara li waqa’ saqaf ta’ residenza li kien fiha fuqu. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ wara nofsinhar fi Triq San Ġwann, Bormla.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-Distrett, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu l-vittma. L-anzjan ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post filwaqt li iktar tard hu ttieħed l-Isptar għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

