EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Bukayo Saka dubjuż għall-partita ta’ llejla | Jadon Sancho mistenni jkun mal-ewwel ħdax

(Ritratt: EPA)

L-aħħar rapporti mill-kamp Ingliż qed jindikaw li l-midifelder ta’ Arsenal Bukayo Saka qed isofri minn injury wara daqqa’ li qala’ waqt il-rebħa kontra l-Ġermanja. Min-naħa l-oħra l-winger Jadon Sancho, li għadu kif ingħaqad ma’ Manchester United, mistenni jibda’ l-ewwel partita mal-ewwel ħdax fil-Euro 2020.

Sancho daħal bħala sostitut fl-aħħar sitt minuti fil-partita minn Grupp D tal-Ingilterra kontra r-Repubblika Ċeka, bil-kowċ Gareth Southgate jagħżel lil Bukayo Saka u Phil Foden minflok Sancho. Min-naħa l-oħra Southgate stqarr li s-selezzjoni ta’ llejla mhux se tkun influwenzata mill-fatt li għandu erba’ plejers b’karta safra, bir-riskju li jitilfu s-semi finali, f’każ li l-Ingilterra jikkwailfikaw.

Dawn il-plejers, Harry Maguire, Declan Rice, Kalvin Phillips kif ukoll Phil Foden kollha kienu parti integrali mit-tim Ingliż fdin l-edizzjoni, b’Southgate mistenni jinkludihom mal-ewwel ħdax kontra l-Ukrajna, u jħalli barra biss lil Ġhil Foden.