Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 7 każi ġodda – 3 fiequ

Huma 7 l-każi ġodda tal-Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna sabiex b’hekk it-total ta’ każi minn Marzu 2020 żied għal 30,640.

Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-midja soċjali fejn ġie spjegat li 3 persuni ġew irreġistrati bħala mfejqa mill-virus bit-total jilħaq it-30,164.

Dan filwaqt li fortunatament bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma ġiet rreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija…bil-każi attivi issa jkomplu jiżdiedu għal 56.

Filwaqt li sal-Ġimgħa kienu 332,650, il-persuni mlaqqma b’mod sħiħ – f’pajjiżna s’issa nafu biss b’żewġ każi tal-varjant Delta…il-varjant Indjan li fil-Gżejjer Maltin ġie trażmess lokalment f’każ minnhom sporadiku.

Dan il-varjant qed jitqies bħala wieħed perikoluż, li jittieħed aktar minn varjanti oħra tal-Covid-19…u għaldaqstant bosta esperti qed jisħqu dwar l-importanza li persuna titlaqqam b’mod sħiħ.