Aktar minn 130 żona nbelgħat minn nirien kawża ta’ madwar 12,000 sajjetta li laqtu l-punent tal-Kanada.
B’riżultat ta’ dan, mijiet ta’ persuni li joqgħodu fil-villaġġ ta’ Lytton kellhom jiġu evakwati b’urġenza minn djarhom minħabba biża’ li n-nar ikompli jinxtered bla kontroll.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u ajruplani militari ġew imsejħa fiż-żoni l-iktar kruċjali sabiex jgħinu fil-kontroll u t-tifi tan-nar.
Dan kollu waqt li mijiet ta’ persuni huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara mewġa ta’ sħana rekord li laqtet partijiet mill-Amerika ta’ Fuq fosthom 700 fatalità fil-Kanada biss.
Dan filwaqt li l-isptarijiet qed jaraw numru kbir ta’ persuni li qed jitolbu l-assistenza medika hekk kif it-temperaturi saħansitra telgħu għal 50 gradi celcius, bin-numru tal-imwiet mistenni li jibqa’ jiżdied kawża tat-temperaturi għoljin fil-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>