Futbol Sport

Il-Brażil u l-Peru javvanzaw għas-semifinali tal-Copa America

Il-Brażil kisbu rebħa ta’ 1-0 kontra ċ-Ċile biex b’hekk avvanzaw għas-semifinali tal-Copa America. Il-gowl deċiżiv wasal fit-48 minuta permezz ta’ Lucas Paqueta. Il-Brażil lagħba t-tieni taqsima bi player anqas meta fit-48 minuta tkeċċa l-attakkant Gabriel Jesus wara daħla kerha fuq Eugenio Mena.

Intant il-Peru wkoll avvanzaw għas-semifinali tal-istess kompetizzjoni meta wara li l-partita kontra l-Paragwaj intemmet fi draw ta’ 3-3, fl-għoti tal-penalties, il-Peru rebħu 4-3. Gustavo Gomez tefa’ lil Paragwaj fil-vantaġġ wara ħdax-il minuta, biex dopjetta ta’ Gianluca Lapadula fil-21 u fl-40 minuta dawwret l-iskor favur il-Peru. Junior Alonso reġa ġab l-iskor indaqs fl-54 minuta biex Yoshimar Yotun skorja għall-Peru għal 3-2. Iżda fil-85 minuta Andre Carillo tal-Peru ntwera’ t-tieni karta safra biex tkeċċa. Il-Paragwaj approfittaw u fid-90 minuta għamluhom 3-3. Bil-partita tmur għall-ħin barrani, l-iskor baqa’ l-istess biex fl-għoti tal-penalties kienu l-Peru li rebħu 4-3.