Lokali

Il-PL jifraħ lil Cyrus Engerer

Il-Partit Laburista hareg stqarrija biex jifrah lill-MEP Cyrus Engerer għall-ħatra li ingħata biex imexxi negozjati fil-Parlament Ewropew …iżda fl-ebda hin ma kkundannaw il-vot ta’ Engerer favur l-abort.

Engerer ingħata r-responsabbilta’ li jmexxi grupp ta’ MPEs biex ifasslu riżoluzzjoni li għandha tiġi diskussa u vvutata fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, li se ssir fi Strasburgu l-ġimgħa d-dieħla. B’Cyrus Engerer ikun kwotat jghid illi “m’hawn l-ebda post ghall-politika ta’ mibiegħda fl-Unjoni Ewropea.”

Din kienet l-ewwel okkazzjoni li fiha b’mod pubbliku l-Partit Laburista ghamel referenza ghal Engerer. U f’din l-istqarrija inheba ghal kollox il-fatt li Cyrus Engerer fl-ahhar gimghat ivvota fil-Parlament Ewropew favur l-abort. B’din il-mossa twelled kwistjoni taħraq fost it-tmexxija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-qasma bejn l-MEPs tal-Lejber ħarġet aktar fid-deher meta wieħed iqis li anke ż-żewġ deputati l-oħra ivvutaw b’mod differenti; Alfred Sant u Josianne Cutajar astjenew. B’hekk, il-Partit Laburista spiċċa bi 3 pożizzjonijiet differenti dwar l-abort.

Fi stqarrija wara dan il-vot, il-Life Network Foundation, l-ghaqda Doctors for Life, il-Kamra tal-Ispiżjara u l-Malta Unborn Child Movement spjegaw x’kien eżatt ir-rapport li fuqu Cyrus Engerer ivvota favur …u li Alfred Sant u Josianne Cutajar għażlu li jastjenu.