Wara li fis-sigħat li għaddew il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ffinalizza u ppreżenta ir-rapport tiegħu dwar il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar, lIspeaker Anġlu Farrugia sejjaħ laqgħa urġenta tal-Kumitat Permanenti dwar Standards filĦajja Pubblika għal nhar it-Tnejn li ġej 5 ta’ Lulju 2021 fit-8.30 a.m.
Fi stqarrija ppublikata mill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar Standards fil-Ħajja Pubblika Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina huwa saħq li bħala membri tal-Kumitat Permanenti dwar Standards fil-Ħajja Pubblika aħna ser nisħqu li rrapport tal-Kummissarju għall-Istandards għandu jiġi ppubblikat minnufih u mhux jinżamm sigriet bħal ma seħħ f’diversi każijiet oħra minħabba l-pożizzjoni li ħadu l-Membri Parlamentari Laburisti.
Huma saħqu li din il-pożizzjoni tagħhom diġà ġiet iddikjarata u rreġistrata waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat li saret nhar it-28 ta’ April 2021 meta f’isem l-Oppożizzjoni Therese Comodini Cachia stqarret li bħala Oppożizzjoni m’aħniex aktar marbutin li nimxu ma’ dak li kien ġie miftiehem f’laqgħat preċedenti tal-Kumitat u dan fid-dawl tal-mod kif il-Gvern qed ixekkel il-ħidma talKummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u tal-Kumitat Permanenti dwar Standards filĦajja Pubblika.
Ġie spjegat li bħala Oppożizzjoni ser jibqgħu jinsistu li il-politika għandha ssir b’mod serju u matur u li lpolitiċi għandhom f’kull ħin u ċirkostanza jibqgħu kontabbli u responsabbli t’għemilhom u mhux jieħdu vantaġġ mill-kultura tax xejn m’hu xejn li ħoloq il-Partit Laburista matul dawn laħħar tmien snin.
“Robert Abela u l-Gvern Laburista għandhom jibdew jaġixxu bil-fatti fl-interess nazzjonali sabiex jiżguraw governanza tajba u sabiex ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna terġa’ tibda tieħu r-ruħ għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”
//= $special ?>