Sport Sport Ieħor

Ir-Russja jkomplu jiddominaw waqt il-Kampjonati Ewropej tal-LEN

(Ritratt: Emvigee pr & marketing)

Ir-Russja komplex jiddominaw waqt il-Kampjonati Ewropej tal-LEN għall-Għawm Artistiku, organizzati mill-Aqautic Sports Association f’Malta, hekk kif kisbu l-medalji tad-deheb fil-kategoriji tat-Team Free u s-Solo Technical.

B’hekk wara l-kompetizzjonijiet ta’ llum ir-Russja żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji b’erba’ midalji tad-deheb, segwiti minn Spanja li rebħu żewġ midalji tad-deheb u tlieta tal-Bronż, bl-Ukrajna jinsabu fit-tielet post b’erba’ midalji tal-fidda.

Malta ipparteċipat fil-finali tas-Solo Technical permezz ta’ Thea Grima Buttigieg kkompetiet għall-mużika ta’ Evanescence, My Immortal. Ir-Russa Daria Kirsanova skurjat 91.2118 li kisbet it-tieni midalja tad-Deheb tar-Russja tal-
ġurnata. Fit-tieni post spiċċat Anastasiia Soldatenkova li żiedet il-lista ta’ midalji tagħha b’midalja tal-Fidda wara li kisbet 87.6146 punti. Vera Butsel tal-Belarus, rebħet l-ewwel midalja għall-pajjiżha meta skurjat 85.6702, u ħadet midalja tal-Bronż.