Mara ta’ 40 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann għall-ħabta tan-nofsiegħa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-mara minn San Pawl il-Baħar sfat milquta minn vettura misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena minn San Ġwann stess.
Fuq il-post issejħu Pulizija tad-Distrett u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li l-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna, hi ttieħdet l-Isptar biex tingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>

