Lokali

Jinqabdu 113kg ta’ droga Khat

Uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta jaqbu 113kg ta’ droga Khat li kienet destinata għas-suq Malti. Stqarrija tad-Dwana ta’ Malta tgħid li l-uffiċjali ġiehom suspett f’kunsinna li kienet dikjarata bħala l-pjanta henna fis-sezzjoni tal-merkanzija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

RITRATT: Dwana ta’ Malta

Wara spezzjoni, kienu msejħu l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u wara testijiet li saru, kien konfermat li l-pjanti kienu ta’ droga khat, sustanza projbita u meqjusa bħala stimulant perikoluż.

B’kollox kienu elevati 59 pakkett b’madwar 113kg. Il-persuna li kellha tirċievi l-kunsinja, raġel barrani residenti Malta u sid ta’ ħanut fil-Ħamrun, kien arrestat hekk kif il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha.