EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Kwartifinali bilanċjata bejn ir-Repubblika Ċeka u d-Danimarka

Żewġ nazzjonijiet sorpriża li waslu s’hawn f’din il-kompetizzjoni, r-Repubblika Ċeka u d-Danimarka se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fil-kwartifinali tal-Euro 2020.

Ir-Repubblika Ċeka fir-rawnd tal-aħħar sittax eliminaw b’mod mill-aktar sorprindenti lill-Olanda 2-0, b’gowls minn Tomans Holes u Patrik Schick. Ir-Repubblika Ċeka kwalifikaw għal din il-fażi bit-tieni post wara li fi Grupp D temmew b’erba’ punti wara l-Ingilterra. Din mhux l-ewwel darba li r-Repubblika Ċeka waslu sa din il-fażi tal-kompetizzjoni hekk kif fl-1996 kienu waslu sal-finali u tilfu kontra l-Ġermanja.

Għad-Danimarka minkejja li ma kienux fost il-favoriti li jribħu dan it-tournament, jidher li jistgħu jagħmluha għall-finali hekk kif il-grinta u anke l-organizazzjoni tattika wasslithom s’hawn. Mill-inċident ta’ Christian Eriksen minkejja li ħadd ma ħaseb li t-tim Daniż seta’ jikkwalifka mill-gruppi wara li għamel dan fl-aħħar partita wera determinazzjoni u grinta f’kull partita.

Iż-żewġ nazzjonijiet lagħbu ħdax-il partita fil-passat bid-Danimarka jirbħu żewġ partiti filwaqt li r-Repubblika Ċeka jirbħu tliet partiti oħra.

Kwartifinali: Repubblika Ċeka v Danimarka 6.00pm