Max Verstappen ta’ RedBull Honda rebaħ il-Pole Position fiċ-ċirkwit tar-Red Bull Ring fl-Awstrija. Fit-tieni post se jibda is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris bil-Messikan Sergio Perez se jibda fit-tielet post.
Diżappunt għall-Mercedes hekk kif Lewis Hamilton u Valteri Bottas se jibdew fir-raba’ u fil-ħames post rispettivament, filwaqt li Pierre Gasly se jibda fis-sitt post. Isewgih fis-seba post, se jkun hemm il-Ġappuniż Yuki Tsunonda, segwit mis-sewwieq ta’ Aston Martin Sebastian Vettel, b’George Russell fuq Williams se jibda mit-disa’ post.
Fl-għaxar post se jibda s-sewwieq ta’ Aston Martin il-Kanadiż Lance Stroll.
//= $special ?>