Wara disat ijiem ta’ tfittxija, membru tal-Protezzjoni Ċivili sab lil katavru ta’ bintu ta’ seba’ snin, mirduma taħt it-tifrik ta’ blokka appartamenti li ċediet il-ġimgħa l-oħra f’Miami.
Il-missier ma ċċaqlaqx miż-żona fejn possibilment kien l-appartament tiegħu, b’tama li xi ħadd mill-qraba tiegħu jinħareġ minn hemm taħt qawwi u sħiħ. It-tifla kienet taħt l-istess saqaf ma’ ommha, in-nanniet u zija tagħha meta seħħ l-inċident.
Iċ-ċkejkna kienet fost żewġ vittmi oħra li nstabu mejta qalb it-tifrik matul il-Ġimgħa, biex b’hekk it-total ta’ mwiet sfortunatament tela’ għal 22 persuna.
Dan filwaqt li madwar 126 persuna oħra għadhom mitlufa.
Intant, minħabba biża’ li l-blokka t’appartamenti biswit dik li waqgħet tista ssofri minn xi konsegwenzi simili, ir-residenti ġew ordnati jevakwaw djarhom sakemm jassiguraw li l-post hu sigur. Esperti saħqu li din il-binja la għandha l-istruttura sigura u lanqas l-elettriku.
//= $special ?>