Fi Stadio Olimpico f’Ruma, l-Ingilterra tilgħab fil-kwartifinali kontra l-Ukrajna f’partita diffiċli għat-tim ta’ Gareth Southgate.
L-Ingilterra diġa wriet il-potenzjal tagħha fil-partita kontra l-Ġermanja meta bl-aktar mod konvinċenti rebħu 2-0, b’gowl ta’ Raheem Sterling u Harry Kane. Intant għall-partita ta’ llum Southgate mistenni jagħmel bidla waħda hekk kif mistenni jirritorna Jordan Henderson mal-ewwel ħdax. L-Ingilterra għadu l-unika tim li ma sofriex gowl f’dan it-tournament hekk s’issa kiseb tliet rebħiet u draw minn erba’ partiti.
L-Ukrajna minn naħa l-oħra jistgħu jitqiesu bħala t-tim sorpriża f’din il-kompetizzjoni, minkejja li diġa assistejna għall-bosta sorpriżi oħra fosthom l-eliminazzjoni taċ-champions tad-dinja Franza. Fir-rawnd li għadda, l-Ukrajna eliminaw lill-Iżvezja bl-iskor ta’ 2-1 f’partita li marret għall-ħin barrani. It-tim Ukren kwalifika mill-fażi tal-gruppi permezz tat-tielet post meta kien l-unika tim li kwalifika bi tliet punti.
Fil-partiti preċidenti, l-Ingilterra rebħu erba’ partiti filwaqt li l-Ukrajna rebħet partita waħda biss. Żewġ partiti ntemmew fi draw bl-aħħar konfront ikun dak mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2014.
Kwartifinali: Ukrajna v Ingilterra 9.00pm
//= $special ?>