Wara l-eliminazzjoni tagħhom fil-kwarti finali tal-Euro 2020 kontra l-Italja, bosta partitarji Taljani kienu involuti fi ġlied mal-pulizija f’diversi partijiet tal-Belt Kapitali Belġjana, Brussell. Il-pulizija kellha twaqqaf grupp ta’ partitarji quddiem il-pjazza tal-‘La Bourse’, bl-użu tal-gas tad-dmugħ, b’partitarji minnhom ikun arrestati.
Kelliem għall-pulizija qal li l-partitarji Belġjani bdew iwaddbu diversi oġġetti lejn il-puluzija kif ukoll attakkaw persuna li kienet qed iġġorr bandier tal-Italja. Min-naħa l-oħra f’Ixelle, parti oħra ta’ Brussell, iltaqgħu numur kbir ta’ partitarji biex isegwu l-partita, li madanakollu ma kkawżaw l-ebda ħsara u ma kienx hemm bżonn li jintervjenu l-pulizija.
//= $special ?>