INGILTERRA ………….. 4
UKRAJNA ……………… 0
L-Ingilterra kellhom bidu brillanti għall-partita hekk kif fir-raba’ minuta marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Raheem Sterling, kien Harry Kane li tefea’ fil-lasti Ukreni għal 1-0.
Fit-tieni taqsima dominanza assoluta mill-Ingilterra. Fis-46 minuta għamluhom tnejn meta minn cross ta’ Luke Shaw kien Harry Maguire li bir-ras tefa’ fil-lasta għal 2-0. Fil-50 minuta skorjaw it-tielet gowl meta għal darba oħra kien cross ta’ Luke Shaw fejn reġa’ kien Harry Kane li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Buschan għal 3-o. Biex fit-63 minuta kien Jordan Henderson li minn corner ta’ Mason Mount, tefa’ bir-ras għal 4-0, biex skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-Ingilterra fit-62 partita li lagħab.
B’hekk l-Ingilterra kkwalifikaw għas-semi finali tal-Euro 2020 fejn issa jilagħbu kontra d-Danimarka nhar l-Erbgħa f’Wembley Stadium.
Ingilterra : J.Pickford, K.Walker, J.Stones, H.Maguire, L.Shaw, D.Rice, K.Phillips, J.Sancho, M.Mount, R.Sterling, H.Kane
Ukrajna : G.Buschan, A.Karavev, I.Zabarnyi, M.Matviyenko, S.Krivstov, V.Mykolenko, M.Shaparenko, S.Sydorchuk, O.Zinchenko, A.Yarmolenko, R.Yaremchuk
Referee : F.Brych
Assistenti Referees : M.Borsch, S.Lupp
//= $special ?>