Tal-inqas 20 persuna huma nieqsa wara valanga ta’ tajn fil-Belt ta’ Atami fiċ-ċentru tal-Ġappun.
Filmati miġbuda wrew xeni tal-waħx bit-tajn ikaxkxar dak kollu li sab quddiemu fil-belt Ġappuniża li tinsab ftit ‘il barra minn Tokjo.
Bosta djar spiċċaw inqerdu jew saħansitra mradma taħt it-tajn wara diversi ġranet ta’ xita qalila, ogħla mill-medja għal dan il-perjodu li laqtgħet lir-reġjun.
Intant il-Prim Ministru Yoshihide Suga waqqaf taskforce ta’ emerġenza sabiex tingħata l-għajnuna wara dan id-diżastru naturali..bil-pulizija, pumpiera u membri tal-armata Ġappuniża msejħa fiż-żona.