Sport Sport Ieħor

Barty, Kerber u Gauff kollha jikkwalifikaw għar-round li jmiss f’Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed Ashleigh Barty Katerina Siniakova fi straight sets ta’ 6-3 7-5 biex issa se tiltaqa’ kontra r-rebbieħa tar-Roland Garros Barbara Krejcikova fir-round tal-aħħar sittax, li min-naħa tagħha għelbet lil Anastasija Sevestova 7-6 3-6 7-5.

Ir-rebbieħa ta’ Wimbledon tal-2018 Angelique Kerber għelbet lil Aliaksandra Sasnovich 2-6 6-0 6-1 biex għaddiet għar-raba’ round ta’ Wimbledon fejn issa tiltaqa’ mal-Amerikana Coco Gauff. Min-naħa tagħha Gauff għelbet lill-Islovakka Kaja Juvan fi straight sets hekk kif fl-eta’ ta’ 17-il sena qed taspira li tirbaħ l-ewwel Grand Slam fil-karriera tagħha.