Lokali

Bernard Grech qalb in-nies fir-Rabat

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li fl-ibliet u l-irħula tagħna tara sens qawwi ta’ volontarjat illi għadu qawwi ferm fil-każini u l-għaqdiet lokali.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta s-Sibt filgħaxija kompla jżur il-lokalitajiet Maltin u Għawdxin li qed jiċċelebraw il-festi tagħhom… din is-sena b’mod differenti minħabba l-pandemija tal-COVID.  

Is-Sibt Bernard Grech, akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie żar numru ta’ każini u ħwienet fir-Rabat fejn iltaqa’ u tkellem ma’ numru ta’ voluntiera u ħaddiema li laqgħuh f’din l-okkażżjoni tant speċjali għall-festa ta’ San Pawl. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ membri tal-Kumitat Festi Esterni li jieħu hsieb l-armar ta’ barra.

Akkumpanjat mid-deputati Nazzjonalisti, kandidati u kunsillieri lokali…Bernard Grech żar ukoll fil-każini ta’ din il-lokalità.

Bernard Grech insista fuq l-importanza li bħala pajjiż verament napprezzaw il-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet li jsawruna bħala Maltin u Għawdxin – pilastru ewlieni fl-identità tagħna.

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-Kap tal-PN kompla b’iktar żjarat f’lokalitajiet fejn qed jiċċelebraw il-festa Titulari tagħhom f’dan l-ewwel Ħadd ta’ Lulju.