Raġel ta’ 55 sena residenti l-Qrendi qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li seħħ fiż-Żejtun is-Sibt waranofsinhar.
Għal ħabta tat- 15.00 tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ argument fi Triq Vjal il-25 ta’ Novembru, ż-Żejtun.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-argument seħħ bejn ir-raġel ta’ 55 sena u raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post b’mutur.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 55 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>