Huma 12 il-każi ġodda tal-Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna sabiex b’hekk it-total ta’ każi minn Marzu 2020 żied għal 30,652. L-aħħar darba li pajjiżna rreġistra aktar minn 10 każi f’jum wieħed kien fit-2 ta’ Ġunju li għadda meta kellna 10 każi.
Hekk kif pajjiżna daħal fis-70 ġimgħa minn mindu bdiet din il-pandemija f’pajjiżna, f’jumejn diġà ġew reġistrati 19-il każ pożittiv ġdid.
Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-midja soċjali fejn ġie spjegat li fl-aħħar 24 siegħa ma fieqet ebda persuna mill-virus bit-total ta’ dawk mfejqa jibqa’ 30,164.
Dan filwaqt li fortunatament bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma ġiet rreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija…bil-każi attivi issa jkomplu jiżdiedu għal 68.
//= $special ?>