It-tmien darbiet champion ta’ Wimbledon Roger Federer għadda għar-raba’ round tat-tournament hekk kif għeleb lil Cameron Norrie 6-4 6-4 5-7 6-4. L-Iżvizzeru issa jiltaqa’ kontra t-Taljan Lorenzo Sonego fir-rawnd tal-aħħar sittax.
MIn-naħa l-oħra is-seed numru erba’ Alexander Zverev ukoll għamilha mal-aħħar sittax f’Wimbledon wara li għeleb lill-Amerikan Taylor Fritz 6-7, 6-4, 6-3, 7-6. Hu jiltaqa’ kontra l-Kanadiż Auger-Aliassime hekk kif qed jaspira li jirbaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera, wara li tilef is-semi finali tar-Roland Garros aktar kmieni dan ix-xahar kontra Stefanos Tsitsipas.
//= $special ?>