Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ

Is-Sibt, għal ħabta tal-17.00, il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Mitħna, r-Rabat.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 43 sena residenti r-Rabat, għal xi raġuni kienet waqgħet it-taraġ u sofriet xi ġrieħi.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.