Lokali

FILMAT: Żewġ persuni jittieħdu l-Isptar wara inċident bejn mutur u karozza

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ l-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-11.15 fi Triq D’Argens il-Gzira kantuniera ma’ Triq Manoel De Vilhena,.

Il-mutur tat-tip Honda kien qed jinstaq minn raġel ta’ 66 sena minn Tas-Sliema u miegħu kien hemm mara ta’ 63 sena minn Tas-Sliema wkoll. Il-karozza tat-tip Mercedes kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena mis-Siġġiewi.

Iż-żewġ peruni li kienu fuq il-mutur ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn is-sewwieq ġie ċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-passiġġiera sofriet biss ġrieħi ħfif. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.