L-iskwadri tas-salvataġġ fl-aħħar sigħat kellhom jaħdmu f’kundizzjonijiet mill-aktar diffiċli biex itellgħu lin-nies minn taħt il-fdalijiet tar-residenzi mfarrkin fil-belt ta’ Atami li, sigħat qabel, kienet intlaqtet minn valanga. Din il-belt tinsab viċin il-kosta u l-iskwadri spiċċaw jiffaċċjaw ix-xita qawwija kontinwa huma u jħaffru qalb it-tajn u t-tifrik fi ġlieda ddisprata mal-ħin biex jinstabu l-ħajjin.
L-awtoritajiet qalu li koppja anzjana kienet fost ‘l-20 li kienu salvati sa dak il-ħin’ u meta għalissa hemm ikkonfermati talanqas tnejn mejtin b’kaġun tal-valanga.
Intant għad fadal diversi nies neqsin mindu l-belt –lejn il-lbiċ ta’ Tokjo – spiċċat koperta minn mewġa ta’ tajn li laqtet l-inħawi b’impatt terribbli.
Dan waqt li l-media Ġappuniża kompliet ixxandar filmati tal-iskwadri tas-salvataġġ huma u jfittxu għall-ħajjin qalb il-fdalijiet tal-bini li spiċċaw ‘mgħaffġin’ taħt il-qilla tal-valanga.
//= $special ?>