Il-Papa Franġisku daħal fi sptar li jinsab f’Ruma biex issirlu operazzjoni fil-musrana.
Daqs tliet sigħat qabel daħal l-isptar, ħareġ isellem lil dawk li nġabru fi Pjazza San Pietru għat-tradizzjoni ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Hu ħabbar li f’Settembru se jkun qed iżur l-Ungerija u Slovakkja.
Ġimgħa ilu, il-Papa kien talab lil dawk preżenti biex iżommuh f’talbhom, possibilment talba relatata mal-operazzjoni li se ssirlu minn mumenti għall-oħra.
//= $special ?>