Fi stqarrija uffiċjali l-Federazzjoni tal-Futbol Taljana l-FIGC, bi qbil mal-UEFA, ħabbret li għas-semi finali bejn l-Italja u Spanja f’Wembley Stadium, se tkun qed talloka 6400 biljett għall-partitarji Taljani li jgħixu fl-Ingilterra jew l-Irlanda.
Il-UEFA ikkonfermat dan fid-dawl tar-restrizzjonijet li jeżistu bejn l-Italja u l-Ingilterra minħabba l-pandemija tal-Covid-19, fejn partitarji jkunu soġġetti għall-kwarantina mandatorja jekk jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor. B’hekk il-UEFA ħasbet biex iżżid l-allokazzjoni tal-biljetti, flimkien mal-125 biljettt li kien hemm riservati għall-membri tal-Federazzjoni tal-Futbol Taljana.
//= $special ?>