Membri tal-Protezzjoni Ċivili li kienu stazzjonati x-Xemxija salvaw żewġ ġriewi abbandunati minn nirien li qabdu lil ħaxix ħażin fil-limiti tal-Mellieħa.
Fortunatament, l-azzjoni f’waqta ta’ dawn il-membri wassal biex dawn il-ġriewi ma sofrew ebda ġrieħi għajr għal ftit duħħan li belgħu. Huma ħadu lill-ġriewi ‘l bogħod mill-periklu sakemm tfew in-nar li iktar ma jmur iktar kien qed jinxtered.
Iktar tard issejħet l-assistenza ta’ Animal Welfare biex jagħtu l-kura meħtieġa lil dawn il-ġriewi filwaqt li se jkunu qed iżommuhom għandhom għall-kenn. L-għaqda qed tfittex għal xi persuna li tadottahom biex ikollhom familja li tħobbhom u ttihom kollox.
Ritratti: Rescued is my Favorite Breed – Lulu Arpa
//= $special ?>







