Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel ta’ 61 sena residenti s-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’shaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Ilbieraħ, għal xi 19.40, il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Sqaq Tomna, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel ta’ , kien waqa’ madwar żewġ sulari.

Tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.