Sakemm id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar tibqa’ hemm, se tkompli ssir ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. F’dan il-pajjiż fl-aħħar snin ġraw ħafna affarijiet li tappnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżnu u quddiem dan kollu pajjiżna għandu Prim Ministru li baqa’ jiddefendi lill-Ministri u Membri tal-Kabinett.
“Ma fadal ebda triq oħra li Rosianne Cutajar twarrab u jekk il-Prim Ministru Robert Abela jrid il-ġid għall-pajjiżna għandu jgħid lil Cutajar biex twarrab u jippubblika r-rapport tal-Kummissajru.”
Kien dan il-messsaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Gech f’intervent telefoniku li għamel il-Ħadd filgħodu fuq NET FM.
Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Kap tal-PN indirizza l-laqgħa tal-MCESD hekk kif bħalissa pajjiżna għaddej minn mument fejn kulħadd għandu jingħaqad flimkien minħabba dak li ġabna fih Gvern Laburista minħabba l-grey listing tal-FATAF li huwa ċertifikat ħażin għal Malta. Huwa qal li quddiem dan kollu l-Oppożizzjoni qed tagħmel il-parti tagħha biex pajjiżna jerġa’ jkollu r-reputazzjoni li tant tixraqlu.
Bernard Grech qal li l-imsieħba soċjali urew lill-Gvern li dan mhux il-mod ta’ kif għandu jimxi l-Gvern fejn ma saritx konsultazzjoni dwar fejn l-aħjar li jintefqu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Dwar il-pjan ta’ rkupru l-Kap tal-PN qal li l-Gvern għandu jaħti każ lill-Oppożizzjoni u jisma’ dak li qed jgħidulu anke l-imsieħba soċjali. Dan sabiex pajjizna jagħmel l-aħjar użu minn dawn il-fondi u li dawn il-fondi jaslu għand kulħadd.
Bernard Grech fakkar kif din il-ġimgħa fil-Parlament il-Prim Ministru lanqas biss kien preżenti biex jisma’ dak li għandha xi tgħid l-Oppożizzjoni dwar dawn il-fondi.
Dwar l-IVF huwa qal li issa l-Gvern irrikonoxxa dak li qal il-Partit Nazzjonalista hekk kif il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar li Mediċina li tingħata għall-IVF mis-sena d-dieħla se tibda tingħata b’xejn. Fakkar kif kien hu stess li ftit tal-ġimgħat ilu wiegħed li l-proċess kollu tal-IVF inkluż il-mediċini jingħataw b’xejn minn Gvern Nazzjonalista.
Bernard Grech qal li l-PL mhux vera jemmen li jrid juża l-politika biex jagħmel ġid lill-poplu.
“Il-bniedem mhux qiegħed hemm biex tieħu l-vot tiegħu u tarmih.”
Huwa fakkar kif il-Gvern Laburista qed iħalli jiġru barra dawk il-politiċi li suppost jafaċċjaw il-ġustizzja. Fuq in-naħa l-oħra hemm il-Partit Nazzjonalist li fiċ-ċentru tal-politika tiegħu hemm il-bniedem.
“Il-PN għandu politika li fiċ-ċentru tagħha hemm biss il-bniedem. Fej il-PN matul dawn l-aħħar ġimgħat ppreżenta diversi prospost f’oqma differenti tas-soċjetà. Proposti li minnhom se jibbenefika kulħadd.”
Il-Kap tal-PN qal li nhar is-Sibt li ġej se jingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali fejn b’parteċipazzjoni wiesgħa se jkun hemm tiġdid ikbar fil-pajjiż, hekk kif il-Partit Nazzjonalista jrid biss li jkun hemm il-ġid f’pajjiżna… ġid li jgawdi minnu kulħadd.