Il-left back Taljan Leonardo Spinazzola mistenni jkun operat fil-Finlandja wara l-injury li sofra fit-tendon ta’ fuq l-għaksa fil-kwartifinali tal-Euro 2020 kontra l-Belġju. Spinazzola vjaġġa għall-Fillandja biex jara speċjalist fl-injury li sofra hekk mistenni jdum barra sitt xhur sakemm jirkupra.
L-operazzjoni mistennija sseħħ bejn illum u għada mill-professur Sakari Orava li hu meqjus bħala speċjalist f’dan il-qasam. Spinazzola kien qed ikollu prestazzjonijiet mill-aqwa matul il-Kampjonati Ewropej fejn kien ukoll l-aktar plejer veloċi tat-tournament.
//= $special ?>