Kaos, kjuwijiet twal u ebda distanza soċjali. Hija din is-sitwazzjoni li bosta passiġġieri qed jaffacjaw mal-wasla taghhom fl-ajruport Malti fiż-żona fejn iridu juru ċ-ċertifikat ta’ tilqim għall-Covid-19.
Diversi ritratti miġbuda minn pesuni li kienu qed jistennew f’dawn il-kjuwijiet, li xi minn daqqiet jieħdu saħansitra sagħtejn, spjegaw ma’ Net News li mingħajr ma trid tidħol fik il-biża’ hekk kif wara xhur tevita l-folol…issib ruħek qalb rassa ta’ mijiet ta’ nies jistennew sabiex jinqdew.
Mistoqsi dwar dan il-fatt, il-Ministru tat-Turizmu insista li dan id-dewmien qiegħed jonqos, iżda irikonoxxa li hemm problema..mingħajr ma offra soluzzjoni tanġibbli.
Mistoqsi wkoll dwar dak li qed jigri regolarment f’San Giljan, b’diversi turisti żgħażagħ ma jilbsux maskra qalb il-folla u r-rassa li tinġabar fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu…il-Ministru Bartolo farfarha fost oħrajn fuq sieħbu l-Ministru Byron Camilleri.
Dan kollu hekk kif bhalissa l-Ewropa flimkien mal-bqija tad-dinjaqed iżomm attenzjoni massima fl-isfond tal-varjant Delta, magħruf aħjar bħala dak Indjan…li fl-aħħar ġimgħat beda jerfa’ rasu b’mod insistenti
//= $special ?>
