Is-seed numru wieħed u lfavorit li jirbaħ it-tournament irnexxielu jgħaddi għall-kwartifinali ta’ Wimbledon wara li għeleb liċ-Ċek Cristian Garin 6-2 6-2 6-2 fir-round tal-aħħar sittax. Djokovic issa jiltaqa’ kontra Marton Fucsovics.
Sadanittant il-veteran Roger Federer għeleb l-isfida ta’ Lorenzo Sonego bl-iskor ta’ 7-5 6-4 6-2 biex sar l-ixjaħ tennist li għadda għall-kwartifinali fl-Open Era ta’ Wimbledon. Federer issa jiltaqa’ mar-rebbieħ tal-partita bejn Daniil Medvedev u Hubert Hurcacz wara li l-partita tagħhom kienet sospiża minħabba x-xita.
F’partita oħra is-seed numru erba’ il-Ġermaniż Alexander Zverev kien eliminat mill-Kanadiż Felix Auger Aliassieme 6-4 7-63-6 3-6 6-4, biex għadda għall-ewwel kwartifinali f’Wimbledon. Auger Aliassemme issa jiltaqa’ kontra t-Taljan Matteo Berettini.
//= $special ?>