Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ran Callus kkritika lill-Gvern għall-fatt li qed jibqa’ jaħbi l-miljuni li kienu imberqba fl-enerġija.
Fil-parlament Ryan Callus qal li dan l-abbozz jassigura l-indipendenza tar-regolatur tas-suq tal-enerġija u l-ilma. Il-greylisting ġiet propju minħabba politiċi li ħasbu li huma ikbar il-liġi u istituzzjonijiet li ma waqqfulhomx u li ma ħaddmux il-liġijiet kif suppost kienu qed jitħaddmu.
Hu sostna li l-istess nies li għażlu lill-Electrogas u ftit wara marru talbu lill-istess Electrogas għax-xogol. Il-PL m’għandux kredibbiltà jitkellem fuq il-governanza tant li l-pajjiż spiċċa fuq il-lista l-griża; propju għaliex l-ex Prim Ministru Muscat, l-ex Chief of Staff, l-ex Ministru responsabbli mill-enerġija u l-Grupp Parlamentari Laburista ħallew kollox għaddej. Hu qal li minkejja din il-liġi, l-istituzzjonijiet, fosthom l-FIAU, m’operawx b’mod indipendenti.
Ryan Callus qal li minkejja l-liġijiet, għadu mhux magħruf min kien il-persuna li għażel lill-membri li finalment għażlu lill-Electrogas.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern qed idaħħal dan l-abbozz favur it-trasparenza, meritokrazija u ġustizzja lejn il-poplu Malti mhux għax verament jemmen fihom iżda minħabba r-regoli tal-UE. Hu kompla li l-gvern qed jipproponi li r-Regolatur għall-Enerija u l-Ilma għandi jimxi b’mod tarsparenti iżda dan ma seħħx meta l-PN talab kemm tħallas għal kull ħażna żejt li saret fit-tanker.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-regolatur qed jonqos minn dmirijietu dan l-Gvern irrifjuta li jiprovdi din l-informazzjoni; kif għamlet l-Enemalta. Hu spjega kif 2018 l-ex Prim Ministru Muscat kien wiegħed li se jissolvew l-anomaliji kif kien għamel l-ex ministru Joe Mizzi.
Ryan Callus sostna li fl-2015, l-interconnector kien jintuża 78%, sena qabel bdiet taħdem il-power station tal-Electrogas intuża 87% waqt li sa April 2017 dan intuża 74%. Meta nxtgħelet il-power station tal-Electrogas l-interconnector intuża biss 41%. Is-sena ta’ wara, fl-2018, l-interconnector intuża 31 %, fl-2019 intuża 35% waqt li fl-2021 l-interconnector intuża 22%. Hu qal li fuq sena u nofs, għax inxtara mill-Electrogas meta l-interconnector kien irħas il-poplu ħallas €10 miljuni iktar.
Ryan Callus qal li fl-2006, l-Enemalta diġà kellha pjan tal-ewwel u t-tieni interconnectors iżda issa l-Gvern qed jgħid li dan kien proposta tiegħu. Hu spjega kif l-ewwel interconnector kien proġett ta’ Gvern Nazzjonalista u sostna li l-Gvern mhux iwieġeb dwar jekk l-Enemalta xtarta dejjem mill-interconnector meta l-enerġija kienet irħas. L-Awdtur Ġenerali kkonferma li dan ma kienx il-każ.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li mhux stabbilit min qed jieħdu d-deċiżjoni dwar minn fejn tinxtara l-enerġija. Qabel kien hemm kuntratt mal-kumpanija Taljana Terna li kienet tagħżel meta jsir użu mill-interconnector, iżda issa mhux magħruf. Hu staqsa x’se jagħmel il-Gvern biex jirkupra l-€40 miljuni f’taxxi li l-ex Ministru Mizzi ħafer lill-Electrogas. Fejn kien ir-regolatur?
Hu tkellem fuq il-windfams fil-Montenegro u qal li fuq dan il-Gvern mhux jitkellem minkejjali hemm provi li l-ishma inxtraw €3 iljuni u ġimgħatejn wara l-Enemalta xtrathom €10 miljuni. Parti minn dawn l-€10 miljuni marru fil-kont tal-qarib li kkonvinċa lill-Bord tal-Enemalta kemm dan il-proġett tal-Enemalta hu importanti u vijabbli.
Dwar l-enerġija mir-riħ hu qal li se jerġa’ jkun hemm ix-Shangai Electric involut iżda l-investitur Malti jinsab assenti.
//= $special ?>