Lokali Parlament

Il-PN jitlob li r-rapport dwar Rosianne Cutajar ikun ppubblikat b’mod sħiħ

Il-PN talab li r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards dwar id-deputat Rosianne Cutajar u l-flus li ħadet minn senserija jkun ippubblikat b’mod sħiħ.

Il-mozzjoni tressqet dalgħodu fil-bidu tas-seduta tal-Kumitat Parlamentari, mid-deputati Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia.

Dwar din il-mozzjoni kien hemm qbil, u għalhekk ix-xogħol tal-Kummissarju se jiġi ppubblikat b’mod sħiħ.