Lokali

Il-Pulizija terġa’ tappella biex jinstab Marcel Pisani

Għal darb’oħra, il-Pulizija reġgħet ħarġet appell lill-pubbliku biex min għandu xi tip ta’ informazzjoni li tista’ tgħin biex jinstab Marcel Pisani, għandu jagħmel dan anke b’mod kunfidenzjali. Hu ilu nieqes iktar minn sitt xhur.

Marcel Pisani, li għandu 50 sena, kien ġie rraportat lill-Pulizija fl-aħħar ta’ Diċembru iżda minkejja t-tfittxijiet ma jaqtgħu xejn madwar il-kosta kollha ta’ Malta u Għawdex mill-Pulizija, il-Forzi Armati u membri tal-Protezzjoni Ċivili, s’issa Marcel għadu ma nstabx. Saħansitra saru tfittxijiet f’diversi nħawi fil-baħar iżda l-ebda sinjal tar-raġel ma nstab.

Marcel Pisani juża’ siġġu tar-roti u jsuq vettura tat-tip Ranault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001/119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.