Lokali Parlament

Ippubblikat ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards dwar Rosianne Cutajar

Aqra d-dokument hawn.

Il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dalgħodu qabel li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards dwar id-deputat Laburista Rosianne Cutajar ikun pubblikat sħiħ, inkluż id-dokumenti li hemm miegħu.

Din id-deċiżjoni ttieħdet f’laqgħa qasira tal-Kumitat li saret ftit minuti ilu u li tmexxiet mill-Ispeaker Anġlu Farruga, bil-Gvern ikun rappreżentant mill-Ministru Edwrrd Zammit Lewis u l-Whip Glenn Bedingfield waqt li l-Oppożizzjoni tkun rappreżentata mid-deputati Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia.

Fil-bidu tal-laqgħa, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ppreżenta mozzjoni biex il-kumitat japprova li rrapport ikun pubblikat fit-totalità tiegħu. Hu qal li dan qed isir fl-interess tat-trasparenza u l-kontabbiltà skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler.

Il-Whip Laburista Glen Bedingfield qal li l-Gvern jaqel li r-rapport ikun pubblikat; il-Kumitat qabel li dan ikun pubblikat fit-totalità tiegħu inkluż id-dokumenti kollha ppreżentata bħala evidenza.

Il-Kumitat aġġorna għat-Tnejn 12 ta’ Lulju 2021 f’seduta li fiha se jixhed il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler.

Fir-rapport tiegħu l-Kummissarju Hyzler investiga l-involviment tad-deputat Laburista Cutajar f’bejgħ ta’ propjetà li tiswa l-miljuni bl-involviment ta’ Yorgen Fenech. Il-Kummissarju George Hyzler ikkonkluda li jidher li Rosianne Cutajar irċeviet is-somma ta’ €46,500 bħala senserija minn dan il-bejgħ. Mir-rapport jirriżulta li l-Kummissarju talab li Cutajar tkun investigata mid-Dipartiment tat-Taxxa wara li ddikjaratx dan id-dħul.