F’madwar seba’ sigħat, l-għaqda Żibel ġabret madwar 464 kilogramma ta’ skart mill-baħar ta’ madwar il-gżejjer Maltin.
B’kollox kien hemm 45 kayak, paddle board, għaddasa u voluntiera oħra li kienu fuq l-art biex jgħinu jtellgħu l-iskart.
Mill-iskart li sabu, ittellgħu 1438 flixken tal-plastik, 90 jerry cans, 111-il żarbun u kważi 4 kilogrammi f’tappijiet tal-flixken. Dan l-iskart hu kemm skart mormi mill-gżejjer Maltin u minn xtajtiet barranin li bil-kurrent tkaxkru lejn pajjiżna.
Dan kien it-total ta’ skart li nġabar:
- 186.82kg – plastik
- 75.74kg – tagħmir tas-sajf
- 16.46kg – ħġieġ
- 47.34kg – metal
- 34.60kg – tyres
- 24kg – injam
- 79.50kg – skart imħallat
Ritratti: FB – Żibel







