Wara li s-serata finali tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sporivi Nazzjonali ma setgħetx issir kif skedata fil-13 ta’ Marzu minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, ftit tal-ġranet ilu uħud mill-sportivi rebbieħa ġew preżentati bit-trofej rispettivi.
Il-preżentazzjoni saret fl-uffiċju tal-Għaqda Ġurnalists Sports fil-preżenza tal-isponsors u l-isportivi rebbieħa.
L-unuri mqassma sa issa kienu dawn :
Tim tas-Sena – Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa(Futbol)
Kowċ tas-Sena – Devis Mangia (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel)
Uffiċjal tas-Sena – Joseph Muscat (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association)
People’s Choice Award – Mark Marlow (President Malta Employers Sport Association)
Unur Special Olympics Atleta Maskili – Mark Serge (Ten Pin Bowling)
Unur Special Olympics Atleta Femminili – Klara Zammit (Għawm).
B’dawn l-unuri mistennija jkunu ppreżentati lir-rebbieħa fil-ġranet li ġejjin :
L-Isportiv tas-Sena – Dejan Grech (Eight Ball Pool)
L-Isportiva tas-Sena – Haley Bugeja
Iż-Żagħżugħ tas-Sena – Richard Schultheis (Ibburdjar)
Iż-Żagħżugħa tas-Sena – Tenishia Thornton (Weightlifting)
L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – Kampjonat Ewropew tal-Eight Ball Pool.
//= $special ?>