Lokali

José Herrera jgħid li “il-kritika parti mill-minoranza”

Il-Kritika dwar il-bubbles imħabbra fil-jiem li għaddew b’rabta mal-attivitajiet tal-arti u l-kultura ġejja mill-minoranza.

Hekk sostna l-Ministru għall-Arti u l-Kultura Josè Herrera wara li l-artisti li fi tmiem il-ġimgħa nġabru quddiem il-Parlament Malti sabiex isemmgħu leħinhom, għaliex qed iħossuhom iddeskriminati mill-Gvern ta’ Robert Abela – filwaqt li insistew li proposti bħal bubbles sa massimu ta’ mitt persuna…bil-premessa ta’ persuna kull 4 metri kwadri… hija insult għall-intelliġenza tagħhom. Iżda t-Tnejn filgħodu, il-Ministru Herrera kompla qal illi hu qed jistenna li l-artisti jkunu “pożittivi”.

Minkejja dan il-hafna kliem sabih, il-Gvern xorta ghadu ma prezenta ebda timeline jew dati dwar meta se jiftah mill-gdid is-settur tal-arti u d-divertiment.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Josè Herrera, flimkien mal-Ministru Clayton Bartolo, ħabbar li ċertu avvenimenti se jkunu qed jiftħu fuq bażi ta’ dawn il-bubbles bi dħul għalihom se jkun esklussiv għal persuni li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dan filwaqt li se jkunu qed jingħataw €15 għal kull biljett li jinbiegħ u €1,500 għal kull bubble.

Madanakollu Josè Herrera għad m’għandux idea min se jkun qed jibbenefika minn dan il-fond ta’ €2 miljun jew liema postijiet se jkunu attrezzati biex jospitaw dawn l-imsemmija bubbles…għaliex ghad iridu jiġu stabbiliti.

Fil-jiem li ġejjin se tkun imnedija skema oħra…li d-dettalji tagħha għadhom mhux magħrufa… u li se tkun qed tgħin fil-loġistika tal-avvenimenti li se jittellgħu bejn id-19 ta’ Lulju u l-31 ta’ Awwissu.

Iżda nies fl-industirja ghadhom ma jistghux jifhmu ghaliex qed jitpogga l-obligu fuq l-udjenzi ghal negative testing meta hafna persuni diga’ ghandhom c-certifikat tal-vaccin.