EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Kasper Hjulmand jappella lil Boris Johnson biex iħalli lid-Daniżi jidħlu l-Ingilterra

Il-kowċ tad-Danimarka Kasper Hjumland appella lil Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sabiex iħalli lill-eluf ta’ partitarji Daniżi biex jivvjaġġaw għall-Ingilterra qabel il-partita ta’ nhar l-Erbgħa kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium.

Id-Danimarka, bħall-Ingilterra lagħbu t-tliet partiti tal-Gruppi f’pajjiżhom quddiem numru mdaqqas ta’ partitarji f’Kopenhagen, iżda minħabba l-kwarantina, huma m’humiex se jitħallew jidħlu l-Ingilterra.

Hekk kif id-Danimarka tinsab fuq il-lista oranġjo tal-Ingilterra, partitarji Daniżi jridu jqattgħu perjodu ta’ 10 t’ijiem fi kwarantina mandatorja. Madwar 1,000 partitarju Daniż ivvjaġġaw għall-partita tal-aħħar sittax kontra r-Repubblika Ċeka f’Baku, fejn kellhom ukoll isegwu perjodu ta’ kwarantina mandatorja.