L-attakkant internazzjonali Malti u ta’ Valletta Football Club, Kyrian Nwoko hu viċin li jitħabbar bħala akkwist ġdid taċ-champions tal-Irlanda ta’ Fuq, Linfield Football Club.
Sorsi nfurmati sew ikkonfermaw ma’ Replay (Net Television) li fl-aħħar ġimgħat kien hemm diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha f’dan it-trasferiment, inkluż il-plejer, u ż-żewġ klabbs laħqu ftehim biex Nwoko jkun trasferit.It-trasferiment għadu jrid jitħabbar b’mod uffiċjali, iżda dak li s’issa qed iżomm dan it-trasferiment milli jkun uffiċjali hu li Nwoko qed jistenna l-permess tax-xogħol biex ikun jista’ jiffirma u jilgħab futbol professjonali ma’ Linfield FC.
Dan il-permess hu meħtieġ peress li l-Irlanda ta’ Fuq, bħala pajjiż li jifforma parti mir-Renju Unit, illum m’għadux aktar parti mill-Unjoni Ewropea. It-trasferiment se jkun possibbli anke grazzi għall-fatt li l-klabb Irlandiż għadu kif lesta proċess biex jaqleb l-istatus tiegħu għal wieħed professjonali.Linfield għandu storja glorjuża, fost l-aqwa f’dan il-pajjiz, fejn rebħu l-Premiership Irlandiz għal 54 darba.
Fl-aħħar 21 sena, huma rebħu l-Kampjonat għal xejn inqas minn 12-il darba.Min-naħa l-oħra Nwoko, li kollox jindika li se jibda l-ewwel esperjenza tiegħu barra minn Malta, stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-iktar żgħażagħ promittenti f’Malta, b’logħob regolari u ta’ kwalità l-ewwel ma’ St.Andrews FC Malta u sa mill-2017/18 ma’ Valletta Football Club.
//= $special ?>