Aktar tard illum il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar mid-19 ta’ Lulju se jirritornaw l-avvenimenti sportivi b’attendenza massima fl-Ingilterra. Johnson mistenni jgħid ukoll li l-paritarji li se jattendu mhux se jkollhom bżonn ċertifikat tal-vaċċin.
B’hekk fl-Ingilterra kemm l-Premier League, iċ-Championship kif ukoll ir-Rugby League se jkunu jistgħu jospitaw lil partitarji tagħhom f’attendenza massima għall-ewwel darba sa minn Frar tal-2020.
Sadanittant aktar kmieni kien ikkonfermat ukoll li l-aħħar stadji ta’ Wimbledon li qed isir bħalissa, se jintlagħbu ukoll quddiem attendenza massima.
//= $special ?>