Qasma fil-Kabinett ta’ Robert Abela dwar il-futur politiku ta’ Rosianne Cutajar, għax il-Prim Ministru qed jiddeċiedi li ma jiddeċidix.
Qabel laqgħa tal-Kabinett, NET News staqsa lill-membri tal-Gvern jekk il-kollega tagħhom għandhiex titħalla fil-Grupp Parlamentari Laburista. B’dawk li jidhru li qed jappoġġjawha qed jinħbew wara l-iskuża li Cutajar irriżenjat minn Segretarju Parlamentari. Għalkemm …iżda baqgħu lura milli jgħidu għandhiex tirriżenja wkoll mill-Grupp Parlamentari.
Oħrajn ħarbu milli jwieġbu billi qalu li dak li jkun diskuss fil-Kabinett ma jgħadduhx lil dan l-istazzjon… jew li jridu jistennew naqra oħra. Dan meta r-rapport tal-Kummissarju huwa wiehed car u konklussiv.
U oħrajn urew kemm mhux lesti jiddefendu lil Rosianne Cutajar billi fis-skiet – jew b’risposti mhux relatati mal-mistoqsija – baqgħu deħlin f’Kastilja … f’sinjal li qed ikunu sfurzati minn Robert Abela biex jiddefendu lil Cutajar jew jagħlqu ħalqhom.
Il-qasma tkompli tispikka bit-tweġiba xotta tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana – li għal xi żmien kien ukoll iċ-Chief of Staff ta’ Abela stess. Min-naħa tiegħu, għalkemm kien preżenti f’Kastilja, il-Prim Ministru baqa’ ma ta l-ebda kumment lill-ġurnalisti preżenti.
//= $special ?>