Lokali

“Robert Abela reġa’ ddeċieda li ma jiddeċidix” – Bernard Grech

“Robert Abela illum reġa’ ddeċieda li ma jiddeċidix. Ir-rapport tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika jitkellem ċar. Rosianne Cutajar ma ddikjaratx ħlas ta’ senserija u kisret il-kodiċi ta’ etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Jiena qiegħed nerġa’ nsejjaħ lil Robert Abela li jekk verament irid ipoġġi l-interess nazzjonali qabel kollox, għandu bla iktar dewmien jitlob lil Rosianne Cutajar tirriżenja minn Deputat Parlamentari, u jekk le jkeċċiha mill-Grupp Parlamentari tiegħu”

Bernard Grech ikkummenta b’dan il-mod fuq Facebook wara li l-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jipproteġi s-sIġġu ta’ Rosianne Cutajar minkejja r-rapport ta’ kundannda ta’ George Hyzler.

Bernard Grech qal li sakemm Rosianne Cutajar tibqa’ hemm Robert Abela se jkompli jikkonferma li, għaliex hu kontinwità ta’ qablu u li sal-lum għadu ma ċaħdux, irid ikompli jiddefendi lil min qiegħed ikompli jagħmel il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Pajjiżna għandu bżonn li jkun immexxi minn politiċi serji u maturi, illum qabel għada., temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għalhekk reġa’ sejjaħ lil Robert Abela li jekk verament irid ipoġġi l-interess nazzjonali qabel kollox, għandu bla iktar dewmien jitlob lil Rosianne Cutajar sabiex tirriżenja minn Deputat Parlamentari, u jekk le jkeċċieha mill-Grupp Parlamentari tiegħu.

Sakemm tibqa’ hemm Robert Abela se jkompli jikkonferma, li għaliex hu kontinwitá ta’ qablu u li sal-lum għadu ma ċahdux, irid ikompli jiddefendi lil min qiegħed ikompli jagħmel il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, qal Bernard Grech,

Pajjiżna għandu bżonn li jkun immexxi minn politiċi serji u maturi, illum qabel għada.