Lokali

Se tibqa’ deputat Laburista imma mhux Segretarju Parlamentari

Stqarrija xotta ta' żewġ linji minn Kastilja

Kollox jindika li Robert Abela qed jagħmel minn kollox biex iżomm miegħu lid-deputat Rosianne Cutajar. Dan minkejja r-rapport iebes li ħareġ dwarha l-Kummissarju tal-Istandards, u li sabha ħatja ta’ ksur ta’ etika fir-rwol illi hi kellha meta kien qed isir xiri ta’ proprjetà fl-Imdina mill-imprenditur Yorgen Fenech.

Fi stqarrija maħruġa llum, intqal illi l-Prim Ministru Robert Abela ikkomunika ma’ Cutajar bid-deċiżjoni li r-riżenja minn Segretarju Parlamentari tibqa’ fis-seħħ. Fi kliem sempliċi, hu se jkun qed iżommha fil-Grupp Parlamentari tiegħu bħala deputat.

Fl-istqarrija xotta li inħarġet minn Kastilja ma ingħatat beda reazzjoni minn Robert Abela għar-rapport ta’ kundanna illi sar mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.