Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fin-Naxxar

Sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fi Triq is-Salini n-Naxxar.

L-inċident seħħ fis-6.15am bil-Pulizija tkun infurmata bil-ħabta. Filfatt mal-wasla tagħhom huma sabu li kien seħħ impatt bejn mutur Kawasaki u van Toyota Hilux.
Is-sewwieq tal-mutur, residenti l-Gżira ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Is-sewwieq tal-van, raġel ta’ 77 sena residenti l-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.