EURO 2020 Futbol Gruppi Sport Stadju Finali

Statistika interessanti mill-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Wara li fl-ewwel parti tal-kompetizzjoni ma rajna l-ebda sorpriża partikolari, fil-fażi tan-knockout rajna l-eliminazzjonijiet ta’ Franza u l-Portugall mir-rawnd tal-aħħar sittax kif ukoll dik tal-Ġermanja, biex bejn għada u l-Erbgħa jsiru magħrufa l-finalisti hekk kif l-Italja tilgħab kontra Spanja filwaqt li l-Ingilterra tilgħab kontra d-Danimarka.

F’dan l-artiklu se nagħtu ħarse lejn xi statistika interessanti mill-Euro 2020.

Spanja jilħqu r-rekord tagħhom tal-aktar gowls skorjati f’edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej

S’issa Spanja diġa rnexxilhom jilħqu r-rekord tagħhom tal-aktar gowls skorjat f’edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej hekk kif wara wara draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Iżvezja u d-draw ta’ 1-1 kontra l-Polonja, Spanja rebħu 5-0 kontra l-Islovakkja, 3-1 kontra l-Kroazja u 1-1 kontra l-Iżvizzera biex b’hekk skorja 12-il gowl.

L-Euro 2020, l-aktar kompetizzjoni li kien fiha awto-gowls

L-edizzjoni tal-Euro 2020 hija l-aktar li rat awto-gowls fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej. S’issa kien hemm 10 awto-gowls.  Merih Demiral, Mats Hummels, Ruben Dias, Raphael Guerreiro, Wojciech Szczęsny, Lukas Hradecky, Martin Dubravka, Juraj Kucka u Denis Zakaria kollha skorjaw awto-gowl matul din il-kompetizzjoni.

Mats Hummels skorja awto-gowl fl-ewwel partita tal-Ġermanja kontra Franza

L-Italja jwaqqfu rekord ġdid tal-aktar rebħiet konsekuttivi

L-Italja waqqfu rekord ġdid meta kisbu 15-il rebħa konsekuttiva fil-Kampjonati Ewropej, inkluża l-fażi ta’ kwalifikazzjoni. L-Italja rebħu l-10 partiti ta’ kwalifikazzjoni, kif ukoll il-partita kollha tal-gruppi u anke l-partita tan-knockout.

L-Ingilterra l-ewwel tim li rnexxielu ma jsofrix gowl fl-ewwel ħames partiti tal-Kampjonati Ewropej

L-Ingilterra huwa l-ewwel tim li rnexxielu ma jsofrix gowl fl-ewwel ħames partiti tal-Kampjonati Ewropej hekk kif s’issa kisbu erba’ rebħiet u draw fejn fis-semifinali se jilagħbu kontra d-Danimarka.

Patrik Schick huwa d-disa’ player li skorja ħames gowls f’edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej

L-attakkant tar-Repubblika Ċeka Patrik Schick sar id-disa’ player fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej li rnexxielu jiskorja ħames gowls f’edizzjoni waħda. Schick skorja dopjetta kontra l-Iskozja, u gowl kontra l-Kroazja u l-Olanda.