Lokali

Tfittxija għal raġel biex jidher quddiem il-Qorti

Il-Pulizija ta’ Malta qed titlob lil kull mingħandu xi informazzjoni dwar persuna li bħalissa qed tiġi mfittxa fuq ordni ta’ Maġistrat.

Jidher li r-raġel kellu jidher quddiem il-Qorti iżda dan naqas milli jagħmel dan.

Il-Pulizija ma tgħatx iktar informazzjoni dwar dan ir-raġel għajr it-talba ta’ tfittxija.

Kull min għandu kwalunkwè informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, fuq il-linji 21224001/119 u jiġi kwotat in-numru 3/2021.